To read this press release in English click here.


Minn Merthyr għall-Mediterran: Awtriċi ta' Gomer tirrakkonta stejjer Galliċi lil Malta


Il-pubblikatur Galliku Gomer għandu pjaċir iħabbar li l-awtriċi minn Merthyr Tydfil, Karla Brading, ser tkun qiegħda tieħu sehem f' serje qasira t' avventimenti mill-erbgħa sas-sitta t' April 2019.

Hija ser tkun qiegħda żżur il-Belt Valletta u l-Belt Victoria, kif ukoll Ta' Sliema, biex tiffirma kopji taż-żewġ novelli tagħha The Valley of Whispers (2016) u The Inn of Waking Shadows (2018).

Karla hija magħrufa għat-taħlita unika ta' stejjer tal-iħirsa Galliċi u temi kumplessi bħall-bullying, it-telfa u l-mewt, u ma toqgħodx lura milli tintroduċi lill-udjenza tagħha għal materjal iebes.

''Aħna ninsabu ferm eċitati li waħda mill-awturi tagħna ġiet mistiedna fil-Mediterran,'' tgħidilna Meirion Davies, il-kap responsabbli mill-publikazzjoni ġewwa Gomer. ''Din ser tkun opportunita' mill-aqwa sabiex naqsmu l-kultura taż-żewġ pajjiżi żgħar tagħna, kif ukoll biex nieħdu dawk l-aspetti mudlama u tal-iħirsa Galliċi fi klima iżjed sħuna u xemxija.''

''Malta hija waħda mill-isbaħ postijiet fid-dinja u nħossni ferm privileġġjata li nista' nieħu l-stejjer tat-tfal tiegħi kif ukoll il-vjaġġ tiegħi sal-għatba tagħha,'' żiedet Karla. ''Din ser tkun avventura maġika; waħda li għandi ġenn biex naqsam magħkom ilkoll. Mela ejja niftħu dawk il-kotba!''

Din ser tkun l-ewwel darba li awtriċi ta' Gomer ser tkun qed tieħu l-kotba tagħha f' Malta, u l-pubblikatur jixtieq jirringrazzja lil Miller Distributors Ltd għas-sapport tagħhom sabiex din it-tour tkun possibbli.

 

Karla Brading, Tour ta' Malta u Għawdex 2019:

l-Ħamis, 4 t' April: Għawdex:

- Bargate Bookshop, Victoria (ir-Rabat). 16:00-18:00.

Is-Sibt, 6 t' April: Malta:

- Agenda Bookshop, Triq Ir-Repubblika, Valletta (filgħodu)

- Agenda Bookshop, The Point, Ta' Sliema (wara nofsinhar)

 

Għal aktar informazzjoni jew intervisti ma' Karla Brading, ġentilment mitluba tikkuntattjaw lil Sam Brown, uffiċjal tal-marketing ġewwa Gomer, fuq +44 (0)1267 221400 jew sam@gomer.co.uk (English/Cymraeg)